Basketball
Basketball: Impenn fi Franza għal referee lokali

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, din il-ġimgħa se jibda l-impenji tiegħu fl-ewropa għall-istaġun.

Fil-fatt Vassallo se jmur Franza biex nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru huwa jikkontrolla il-partita valida minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague li se tintlagħab ġewwa l-Palacium Arena ġewwa Lille bejn ESBVA u c-champions Pollakki ta’ Polkowice.

Din hija l-ewwel ġurnata fil-fazi tal-gruppi fejn hemm sittax-il tim maqsuma f’zewġ gruppi.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo se jkollu miegħu lil Konstatin Simonow (Ġermanja) u Kaye Webb (Renju Unit).

Miktub minn...
TVM Sport