Basketball
Basketball: Impenn ieħor fit-Tazzi Ewropej għal referee lokali

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jmur il-Bulgarija biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Novembru huwa jikkontrolla il-partita valida minn Grupp D tal-FIBA Euro Cup maskili li se tintlagħab fl-Arena City ġewwa Botevgrad bejn BC Balkan u t-tim sorpriza tal-grupp Keravnos ta’ Ċipru.

Din hija l-ħames ġurnata fil-fazi tal-gruppi u z-zewġ naħat kellhom fortuni differenti fl-aħar partiti b’Keravnos jitilgħu fit-tieni post tal-grupp waqt li Balkan kienu sfortunati li tilfu darbtejn bil-ħin barrani kontra il-liders tal-grupp Kormend kif ukoll kontra Brussels.

Bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, minbarra Vassallo, se jkun hemm Petar Denkovski (Maċedonja) u Ilya Putenko (Russja).

 

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Basketball: Il-Club ta’ Depiro ħabbar li appunta lill-eks player internazzjonali Malti Julian Naudi bħala l-kowċ tat-team tal-kbar tagħhom. Naudi rebaħ xejn inqas minn 20 unur mal-Club bejn kampjonati u kompetizzjonijiet…

Basketball

Ir-referi nternazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo ngħata nominazzjoni prominenti f’kampjonat Ewropew FIBA fis-Sajf li ġej bħala referi newtrali. Fil-fatt, Vassallo se jkun wieħed mill-uffiċjali fil-Kampjonati Ewropej FIBA Femminili ta’ taħt l-20…

Aktar