Basketball
Basketball: Imut Emmanuel Mangani…ta aktar minn 40 sena kontribut lill-basketball lokali

Il-Ħamis filgħodu ħarġet l-aħbar li miet Emmanuel Mangani, li għal snin sħaħ ta kontribut kbir lill-isport lokali, speċjalment lill-basketball.

Mangani kien ukoll għalliem maħbub ħafna kemm mill-istudenti kif ukoll mill-kollegi tiegħu.

L-aħbar qed titqies bħala xokk qawwi minn dawk li kienu l-aktar viċin tiegħu f’ħajtu.

Mangani kellu 63 sena u mwieled ir-Rabat, f’Malta.

Fl-2007 hu kwalifika bħala Kummissarju tal-FIBA biex beda jkun involut f’logħob internazzjonali u ta aktar minn 40 sena kontribut lill-basketball lokali.

Aktar tard, hu daħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.

TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Mangani.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Kartolina rari tal-plejer Amerikan tal-basketball Lebron James, inbiegħet għas-somma rekord ta’ kważi miljun u nofs ewro. Dan hu rekord ġdid għall-bejgħ ta’ kartolini, bl-aktar waħda li nbiegħet ta’ valur kienet…

Basketball

Il-player żagħżugħ Malti tal-Basketball Kurt Cassar għadu kif laħaq ftehim mat-team tal-A2 fl-Italja Agribertocchi. Cassar li bħalissa jinsab Malta lura mal-familja tiegħu wara perjodu twil ta’ lock down f’Turin l-Italja…

Basketball

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa’ mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma’ ħajt kbir ta’ skola li tinsab fin-naħa ta’…

Aktar