Basketball
Basketball: Imut Wes Unseld, ex plejer ta’ Washington

Tħabbret il-mewt ta’ Wes Unseld, ex plejer tal-basketball ta’ Washington.

Hu miet fl-età ta’ 74 sena u l-aħbar ikkonfermawha l-familja tiegħu.

Unseld kien il-plejer li mexxa lit-tim ta’ Washington għall-uniku titlu fl-Istorja tal-NBA, lura fl-1978.

Unseld kien wieħed miż-żewġ plejers fl-Istorja tal-basketball fl-Amerka li rebħu l-unuri tal-NBA Rookie of the Year u l-Most Valuable Player fl-istess staġun.

Hu miet minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Kartolina rari tal-plejer Amerikan tal-basketball Lebron James, inbiegħet għas-somma rekord ta’ kważi miljun u nofs ewro. Dan hu rekord ġdid għall-bejgħ ta’ kartolini, bl-aktar waħda li nbiegħet ta’ valur kienet…

Basketball

Il-player żagħżugħ Malti tal-Basketball Kurt Cassar għadu kif laħaq ftehim mat-team tal-A2 fl-Italja Agribertocchi. Cassar li bħalissa jinsab Malta lura mal-familja tiegħu wara perjodu twil ta’ lock down f’Turin l-Italja…

Basketball

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa’ mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma’ ħajt kbir ta’ skola li tinsab fin-naħa ta’…

Aktar