Basketball
Basketball: Jitilgħu l-poloz tas-semifinali tal-kompetizzjoni Knock Out MAPFRE MSV Life tan-nisa

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tas-semifinali tal-kompetizzjoni Knock Out MAPFRE MSV Life tan-nisa f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali.

Il-polza laqqgħet flimkien lir-rivali Hibernians u Startlights Gig, partita li tintlagħab il-Ħadd li ġej fil-11.00am.

It-tieni semifinali tintlagħab il-Ħadd stess fis-2.30pm u tkun dik bejn Luxol u ARMS DePiro.

Michael Galea, Chief Business Development Officer tal-isponsors ufficjali MAPFRE MSV Life qal li din hija l-hames sena li l-kumpanija ewlienija lokali tal-assikurazzjoni kienet qed tisponsorja kemm il-kampjonat lokali femminili kif ukoll il-kompetizzjoni Knock-Out.

Il-President tal-Malta Basketball Assocaition Paul Sultana ndirizza wkoll il-konferenza stampa u qal li hu ferm inkorragganti li bosta mill-klabbs qed jaghmlu uzu minn numru
dejjem aktar jikber ta’ zghazagh fl-iswadra principali taghhom.

Fi tmiem il-konferenza, is-sur Michael Galea nieda l-logo l-gdid, bhala parti minn sforz gdid ta’ branding, ghall-kampjonat tan-nisa MAPFRE MSV Life.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jerġa’ jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, fil-Belġju. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar se jikkontrolla l-partita valida mill-għaxar ġurnata minn Grupp A…

Basketball

Tħabbret il-mewt ta’ David Stern, l-ex Kummissarju tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-basketball, l-NBA. Fi żmien Stern, il-popolarità tal-basketball fid-dinja kiber ħafna u kompla jsir fost l-aktar sport popolari fid-dinja. Stern dam jokkupa…

Basketball

Il-plejer tal-basketball ta’ Boston Celtics, Tacko Fall, esperjenza xi ħaġa ġdida meta minflok lagħab il-basketball mexxa orkestra. Minflok il-gear tal-Boston Celtics libes it-tuxedo u bil-bakketta f’idejh mexxa lill-Boston Pops f’kunċert…

Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jerġa’ jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, fi Spanja. Nhar il-Ħamis 19 ta’ Dicembru huwa se jikkontrolla il-partita valida mit-tmien ġurnata minn…

Aktar