Basketball
Basketball: L-Assoċjazzjoni Maltija twaqqaf is-Senior Leagues

Il-Malta Basketball Association itterminat il-kampjonati lokali tas-Seniors għal dan l-istaġun.

Id-deċiżjoni ttieħdet ilbieraħ filgħaxija wara laqgħa li saret Kunsill tal-Assoċjazzjoni li sar bejn il-Kumitat Eżekuttiv tal-MBA u r-rappreżentanti tal-klabbs.

Il-kampjonati lokali tas-Seniors huma l-BOV Men, il-MAPFRE MSV life Women u l-BOV Amatuer League.

Il-kompetizzjonijiet l-oħra tas-Seniors Men BOV KO Final & L. Borg Cup Finals, il-MAPFRE MSV Life KO & L. Borg Cup Finals tan-nisa u l-BOV Amateur BOV KO Final tal-irġiel ta’ taħt it-23 sena ġew posposti temporanjament peress li l-klabbs qablu li l-awtoritajiet fil-pajjiż jistgħu jagħti permess biex jitkomplew sal-aħħar ta’ Mejju. Dan ikun ifisser li t-taħriġ tal-plejers mal-klabbs ikun jista’ jitkompla.

Il-Junior Leagues li jinkludu s-St James Hospital Under 19 men & Women, is-St James Hospital Under 16 Men & Women u s-St James Hospital Under 14 Boys & Girls huma wkoll posposti temporanjament.

L-MBA avżat li jekk l-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta jagħtu parir li l-isport jista’ jkompli sal-aħħar ta’ Mejju, se tkun qed tagħti tliet ġimgħat ċans lill-klabbs biex jerġgħu jibdew bit-taħriġ tagħhom.

Miktub minn...
TVM Sport