Basketball
Basketball – l-irġiel Maltin jirbħu l-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

It-tim nazzjonali Malti tal-Basketball tal-irġiel ħareġ rebbieħ fil-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa wara li finali għelbu lin-Norveġja 75-59.

Bidu tajjeb mit-tim Malti li rebaħ l-ewwel taqsima 35-21.

Fit-tielet perjodu it-Team Malti kabbar id-distakk għal 19-il punt biex fl-aħħar għaxar minuti l-plejers Maltin ikkontrollaw tajjeb.

B’hekk it-tim Malti għalaq it-tournament b’erba’ rebħiet minn erba’ logħbiet wara li għelbu lill-Andorra u l-Irlanda fi Grupp A, lil Ġibiltà fis-semifinali u lin-Norveġja fil-finali.

Dawn il-logħob li waslu għall-midalja tad-deheb għat-tim nazzjonali Malti intlagħbu f’San Marino.

Sadanittant fil-Irlanda, it-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa ikklassifikaw fit-tielet post u ser iġibu lura magħhom il-midalja tal-bronz.

Miktub minn...
Rodney Vassallo