Sports Internazzjonali
Basketball: L-Istati Uniti eliminati b’sorpiża mit-Tazza tad-Dinja

L-Istati Uniti sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja tal-Basketball dan wara li sofrew telfa sorpriża kontra Franza fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni li qed issir fiċ-Ċina.

Franza rebħet bil-punteġġ ta’ 89 għal 79 b’Evan Fournier ikun l-aħjar skorer għalihom bi tnejn u għoxrin punt.

Franza issa tiltaqa’mal-Arġentina fis-semifinali li tintlagħab għada filwaqt li Spanja tilgħab kontra l-Awstralja fis-semifinali l-oħra.

L-Amerikani rebħu l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn kienu ilhom tmienja u ħamsin logħba internazzjonali mingħajr telfa, preċiżament tlettax il-sena. Huma rebħu wkoll l-aħħar tliet titli Olimpiċi.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Sports Internazzjonali

L-Italja kellhom bidu tal-ħolm fil-kampjonat Ewropew tal-volleyball tal-irġiel meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. It-tim immexxi minn Gianlorenzo Blengini rebaħ din il-logħba bi tliet sets konsekuttivi…

Sports Internazzjonali

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez jixtieq idaħħal lit-tim tal-baskitbol fil-kampjonat NBA Amerikan. Hu fatt magħruf li Perez mhux biss għandu lit-tim tal-futbol rinomat Spanjol iżda wkoll klabb tal-baskitbol bl-istess…

Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Aktar