Basketball
Basketball: Laqgħa importanti llejla tal-MBA dwar jekk hux se jkomplu l-kampjonati lokali

Il-Malta Basketball Association illum se tkun qed tlaqqa’ l-Clubs kollha lokali permezz ta’ video conference sabiex jiġi diskuss il-futur ta’ dan l-istaġun wara li l-kampjonati lokali bħall-isport kollu f’pajjiżna kellu jieqaf minħabba l-COVID-19.

TVM Sport jinsab infurmat li fil-laqgħa se jkun hemm xi Clubs li se jinsistu li sabiex il-kompetizzjoniiet li fadal sa tmiem l-istaġun jitkomplew meta l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-istruzzjonijiet neċċessarji.

Pero’ jidher li mhux il-maġġoranza tal-Clubs jixtiequ hekk. Filfatt ħafna Clubs diġa’ għamluha ċara li jekk ikollu jitteħed vot huma se jivvutaw sabiex dan l-istaġun ma’ jitkompliex u jkun dikjarat null.

Diversi clubs bagħtu l-players professjonali barranin tagħhom lura f’pajjiżhom u l-ftit li għadhom f’Malta huma barranin li għandhom impjeg ieħor f’pajjiżna u mhumiex players li d-dħul finanzjarju tagħhom jiddependi biss mill-Basketball.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.