Basketball
Basketball: LeBron James b’akkademja ta’ jumejn f’Pariġi

L-istilla mondjali LeBron James fetaħ akkademja ta’ jumejn f’Pariġi fi Franza fejn mal-100 plejr żagħżugħ tal-basketball dehru jitħarrġu taħt is-superviżjoni tiegħu.

James diġà fetaħ skola simili fil-belt tiegħu ta’ Akron, Ohio fl-Istati Uniti u l-għan tiegħu hu li jgħin plejers ta’ bejn il-15 u t-18-il sena jiżviluppaw it-talenti tagħhom fl-isport.

LeBron James hu meqjus idolu fid-dinja tal-basketball l-aktar fost it-tfal li xi darba joħolmu li jsiru plejers professjonisti fl-Istati Uniti.

F’din l-istess akkademja, il-parteċipanti għandhom iċ-ċans li jiltaqgħu u jilagħbu mal-plejer ta’ Los Angeles Lakers.

Miktub minn...
TVM Sport