Basketball
Basketball: Logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja għal referee lokali

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo matul din il-ġimgħa se jmur l-Italja biex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Frar jikkontrolla l-partita internazzjonali femminili valida minn Grupp H tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja bejn l-Italja u l-Maċedonja ġewwa l-Palaravizza, f’Pavia.

Din hija r-raba’ ġurnata mill-fazi ta’ kwalifikazzjoni fejn fl-Ewropa hemm tmien gruppi b’erba’ pajjizi f’kull grupp.

Fi Grupp H bħalissa l-Italja u l-Isvezja jinsabu l-ewwel b’5 punti segwiti mill-Maċedonja u l-Kroazja b’erba’ punti.

Minbarra Vassallo bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, li tibda fis-6.30pm u se tintwera diretta fuq SkySportHD, se jkun hemm Sebastian Clivaz (Svizzera) u Luis Lopes (Portugall).

 

Aħbarijiet Oħra
Basketball

Inkredibbli imma vera! Ara l-filmat ma’ din l-istorja. Wisq probabbli se tarah darbtejn biex tibda temmen li dak li qed tara huwa sew. Kollox ġara waqt partita basketball fl-Istati Uniti…

Basketball

Il-plejer barrani ta’ Bupa Luxol William Ahlberg huwa l-BOV Basketball Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017. Patricia Arguello (Starlites GIG) rebħet l-Unur tan-Nisa filwaqt li Jack Nygaard ta’ Depiro rebaħ l-unur tal-Kampjonat…

Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo u l-kummissarju Emmanuel Mangani se jmorru l-Italja biex nhar il-Ħamis 11 ta’ Jannar huwa jkunu nvoluti fil-partita ta’ ritorn valida mill-aħħar sittax tal-FIBA Euro…

Aktar