Basketball
Basketball: Malta U16 jitilfu kontra l-Maċedonja

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena lagħab kontra l-Maċedonja u tilef bl-iskor ta’ 91 għal 53. Ilbieraħ it-tfajliet Maltin irnexxielhom jiksbu rebħa ta’ 71 għal 28 kontra Ġorġja hekk kif bħalissa qed jieħdu sehem fi Grupp E tal-kampjonat Ewropew tal-istess kategorija. Malta terġa’ tkun fl-azzjoni l-Ħamis meta jilagħbu kontra l-Armenja filwaqt li l-għada jtemmu l-impenji tagħhom b’konfront kontra l-Albanija. Il-logħob qed isir fil-belt ta’ Tbilisi f’Georgia.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'