Sports Internazzjonali
Basketball: Maż-2 miljun ruħ joħorġu jiċċelebraw fit-toroq ta’ Toronto

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħareġ jiċċelebra flimkien ma’ 2 miljun ruħ għar-rebħ tal-NBA mit-Toronto Raptors. Skont il-Prim Ministru Kanadiż, din ma kenitx biss rebħa ta’ tim, imma rebħa ta’ pajjiż sħiħ, li prattikament għaqqdet nazzjon u dan kien rifless fix-xmajjar ta’ nies li ħarġu jiċċelebraw.

Sfortunatament, waqt dawn iċ-ċelebrazzjonijiet seħħew xi sparaturi qrib il-pjazza Nathan Phillips fejn kienu qegħdin isiru d-diskorsi ċelebrattivi, u mijiet ta’ persuni ġrew lil hemm mill-pjazza u għal ftit tal-ħin kollox kien sospiż. Minħabba l-isparaturi, żewġ persuni weġġgħu serjament u kellhom jiġu rikoverati fl-isptar.

Ir-rebħa tat-Toronto Raptors waslet kontra l-Golden State Warriors, f’Oakland, California, fl-Istati Uniti. Din il-finali kienet l-aħjar minn sebgħa, bir-Raptors jirbħu bil-punteġġ ta’ 114-100. Donnu li fl-aħħar snin fil-Kanada kibret l-imħabba għall-Basketball, f’pajjiż li tradizzjonalment iħobb ħafna l-Ice Hockey.

Din kienet l-ewwel rebħa professjonali fil-Basketball għal tim li huwa bbażat fil-Kanada matul dawn l-aħħar snin, bit-Toronto Blue Jays kien irnexxilhom jirbħu l-World Series tal-Major League Baseball fl-1993.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Rugby: Magħrufa l-ewwel żewġ semifinalisti tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li qed issir fil-Ġappun. Fil-logħba li ntlagħbet f’Tokyo, New Zealand għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 46 b’14 sabiex qatgħu passaġġ għal mal-aħħar erbgħa….

Sports Internazzjonali

Super League Triathlon – Fl-ewwel ġurnata tas-Super League Triathlon li qed isir fi tmiem din il-ġimgħa f’Birgu u Bormla, kien Vincent Louis li għamel l-aħjar ħinijiet sabiex b’faċilita’ għadda għall-finali…

Sports Internazzjonali

Ice Hockey: L-ex goalkeeper ta’ Chelsea, Arsenal u r-Repubblika Ċeka Petr Cech kien protagonista f’partita ice hockey li hu ddebutta fiha fir-raba’ diviżjoni bejn Guilford Phoenix u Swindon Wilcats 2…

Formula 1

Fil-Ġappun, il-Mercedes rebħu s-sitt kampjonat konsekuttiv tal-kostrutturi wara li s-sewwieqa tagħhom spiċċaw l-ewwel u t-tielet, bil-Ferrari jkollhom tellieqa oħra pjuttost diżappuntanti wara li Vettel u Leclerc telqu mill-ewwel żewġ postijiet…

Aktar