Basketball
Basketball tan-nisa: Hibernians jiffirmaw lil-Amerikana Daphnee Elnora Frieson

It-tim tan-nisa ta’ Hibernians iffirmaw magħhom sal-aħħar tal-istaġun lill-plejer Amerikana, Daphnee Elnora Frieson.

L-aħbar ikkonfermata ma’ TVMSport is-Segretarju Ġenerali tal-klabb, Nadia Vella.

Frieson iffirmat kuntratt li jorbota mat-tim ta’ Raħal Ġdid sal-aħħar tal-istaġun.

Hi għandha 32 sena u twieled f’Alabama, fl-Istati Uniti.

L-aħħar tim li lagħbet miegħu kien fl-istaġun li għadda, ma’ Bulleen B., fl-Awstralja.

Miktub minn...
TVM Sport