Basketball
Basketball: Żarbun ta’ Michael Jordan f’irkant, stmat li se jinbiegħ aktar minn 100 elf dollaru

Par żarbun li kien jilbes l-istilla tal-NBA Michael Jordan fl-istaġun 1984-85 fil-bidu tal-karriera tiegħu ma’ Chicago Bulls jinsab għall-bejgħ f’irkant mal-kumpanija Sotheby.

Iż-żarbun stmat li se jinbiegħ bejn 100 u 150 elf dollaru.

L-irkant mistenni jsir ix-xahar id dieħel.

Iż-żarbun tad-ditta “Air Jordan 1” huwa ieħor minn 13-il par li nbiegħu f’irkant f’dawn l-aħħar snin.

Żarbun simili ta’ Jordan iffirmat li kien jilgħab bih fil-karriera kien diġà nbiegħ f’irkant ftit tas-snin ilu għal madwar nofs miljun dollaru.

Miktub minn...
TVM Sport