Basketball
Baskitbol – It-Tim Malti bit-tieni rebħa fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Fit-tieni logħba lit-tim nazzjonali tal-irġiel lagħab fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar, il-Maltin rebħu kontra l-Irlanda bil-punteġġ ta’ 76-65, f’logħba li għal ħafna ħin kienet f’parita’, bil-Maltin ikunu aħjar fl-aħħar żewġ taqsimiet, u fetħu distakk li avolja żgħir, irnexxilhom iżommuh sat-tmiem. Sal-ewwel taqsima l-Maltin kienu qed jirbħu kontra l-Irlanda 22-19, u sal-mistrieħ ir-riżultat kien indaqs, 37 fuq kull naħa. It-tielet taqsima ntemmet bi tliet punti vantaġġ għal Malta 54-51, u sat-tmiem it-tim Malta fetaħ 9 punti vantaġġ, għal riżultat finali 76-65.

Din kienet it-tieni rebħa infila għall-Malta wara li t-Tlieta għelbu lil Andorra.

L-aqwa skorer għal Malta kien Aaron Falzon li għamel 22 punt, b’Kurt Cassar jagħmel 16 u Samuel Deguara għamel 13-il punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA