Futbol internazzjonali
Bayern jippreżentaw lil Perisic

Iċ-Champions tal-Bundesliga Bayern Munich ippreżentaw lill-media Ġermaniża l-akkwist il-ġdid tagħhom, il-Kroat Ivan Perisic li huma ħadu b’self mingħant Inter. Din mhux l-ewwel esperjenza tal-futbol Ġermani għal Perisic li bejn l-2011 u l-2015 lagħab ma’ Borussia Dortmund u Wolfsburg.

L-interess prinċipali ta’ Bayern kien fil-player ta’ Manchester City Leroy Sane iżda wara li dan weġġa fil-logħba mill-Community Shield kontra Liverpool bidlu l-ħsieb u dawru ħarsithom fuq Perisic.

Wara li jgħaddi dan l-istaġun , Bayern jistgħu jużaw il-klawsola li jixtru lill-player. Perisic mistenni jiddebutta nhar il-Ġimgħa li ġejjin meta jibda l-Bundesliga fejn Bayern jilqgħu f’darhom lil Hertha Berlin.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Franċiż Franck Ribery huwa mistenni jingħaqad ma’ Fiorentina fis-sigħat li ġejjin wara li d-diskussjonijiet bejn il-klabb u l-plejer jinsabu fi stadju avvanzat. Fil-preżent Ribery huwa plejer liberu wara li…

Aktar