Futbol internazzjonali
Bayern Munich jippreżentaw lil Marc Roca u lil Douglas Costa

Bayern Munich preżentaw liż-żewġ akkwisti l-ġodda tagħhom, l-Ispanjol Marc Roca u l-Brażiljan Douglas Costa.

Roca kien parti mit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Spanja u kien ma’ Espanyol.

Douglas Costa hu ex plejer taċ-champions Ġermaniżi, bħalissa proprjetà ta’ Juventus.

Costa ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self għal sena.

Bayern Munich rebħu ħames titli fl-istaġun li għadda, fosthom il-UEFA Champions League u l-għan tagħhom hu li jkomplu jiddominaw il-Bundesliga u l-futbol Ewropew.

Miktub minn...
TVM Sport