Futbol internazzjonali
Bayern Munich jirbħu l-Bundesliga għas-seba’ darba konsekuttiva

Bayern Munich rebħu l-Kampjonat Ġermaniż għas-seba darba b’mod konsekuttiv dan wara li huma kisbu r-rebħa li riedu fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat. Bir-rebħa ta’ 5-1 fuq Eintracht Frankfurt huma spiċċaw żewġ punti fuq Borussia Dortmund li l-bieraħ għelbu lil Borussia Moenchengladbach bl-iskor ta’ 2-0. Dan kien id-29 titlu għal Bayern fejn Frank Ribery li flimkien ma’ Arjen Robben kien qed jilgħab l-aħħar logħba tiegħu mal-klabb, sar l-ewwel player li rebaħ il-Bundesliga disa’ darbiet.

Kien Kingsley Coman li fetaħ l-iskor wara 4 minuti. Sebastien Haller kiseb il-gowl tad-draw għal Eintracht fil-50 minuta iżda t-tamiet tagħhom li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa sfaxxaw ftit wara hekk kif David Alaba u Renato Sanches skurjaw fit-53 u t-58 minuta.

Ribery li ngħaqad ma’ Bayern fl-2007 u Robben li sieħeb lill-Bavarjani sentejn wara, daħlu bħala sostituti ftit wara biex huma temmew bil-kbir hekk kif skurjaw ir-raba’ u l-ħames gowl rispettivament għal riżultat finali ta’ 5-1.

Bayern, Dortmund, Leipzig u Leverkusen ser jirrappreżentaw lill-Germanja fil-Uefa Champions League l-istaġun li gej filwaqt li Borussia Moenchengladbach, Wolfsburg u Frankfurt jieħdu sehem fl-Europa League.

Bayern għadhom biċ-ċans li jiksbu d-double meta fil-25 ta’ Mejju jiltaqgħu kontra Leipzig fil-finali tat-Tazza Ġermaniża

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: illum minn Grupp E l-Olanda rebħu 3-1 kontra l-Kamerun. Fil-41 l-Olandiżi minn fuq b’goal ta’ Vivianne Miedema. Eżatt qabel il-mistrieħ kienet Gabrielle Aboudi Onguene li ġabet id-draw għal Kamerun 1-1. Mal-ftutħ…

Futbol internazzjonali

l-Ekwador kisbu t-tielet post dan hekk kif huma għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 1-0 fit-Tazza tad-Dinja taħt l-20 sena . Wara li sad-disgħin minuta l-iskor baqa dak ta’ mingħajr gowls, il-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-Brazil għelbu lill-Bolivia bl-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel logħba tagħhom tal-Copa America. Wara taqsima fqira, ħames minuti fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta Philippe Coutinho fetaħ l-iskor minn penalty wara li dan…

Futbol internazzjonali

Minn Grupp C l-Italja kisbu rebħa faċli hekk kif huma għelbu lill-Ġamajka bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls tal-Azzurri waslu minn hat trick ta’ Cristiana Girelli fit-12 il-minuta minn penalty, fil-25 minuta…

Aktar