Beach Soccer
Beach Soccer: AFM jirbħu l-ewwel edizzjoni tal-kampjonat Nestle Ice-Cream

AFM rebħu l-ewwel edizzjoni tan-Nestle Ice-cream Beach Soccer league meta fil-finali tal-bieraħ għelbu lil Birżebbuga Tigers bl-iscore ta’ 5-2.

Il-Kampjonat Nazzjonali li kien ilu għaddej xahar laħaq il-qofol tiegħu lbieraħ fi Pretty Bay f’Birżebbuġa.

Ayoub Ahmad ta’ Birzebbuga Tigers rebaħ l-unur tal-best player tal-kampjonat filwaqt li Lydon Micallef rebaħ it-top scorer tal-kampjonat b’24 gowl.

Ryan Caruana ta’ AFM rebaħ l-unur tal-aqwa gowl keeper.

Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, B’kara għelbu lil Qormi bl-iscore ta’ 5-0 u rebħu dan il-kampjonat fil-kategorija tagħhom.

Il-preżentazzjoni tat-tazzi lbieraħ saret mill-President tal-Malta Beach Soccer, Pio Vassallo, mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo, kif ukoll mistiedna għal din il-finali l-Ministru għall-inkużjoni u l-kwalità tal-ħajja Julia Farrugia Portelli.

Miktub minn...
TVM Sport