Beach Soccer
Beach Soccer: L-assoċjazzjoni torganizza kompetizzjoni ta’ tpinġija għat-tfal biex jgħinu fid-diżinn tal-maskott

L-assoċjazzjoni tal-Malta Beach Soccer organizzat kompetizzjoni ta’ tpinġija għat-tfal kollha bejn is-6 u 13-il sena, biex tgħin fid-diżinn ta’ maskott għal-logħba.

Din intrebħet miż-żagħżugħ Jayme Hili ta’ 12 -il sena li t-tpinġija tiegħu tal-“Merill” intagħżlet bħalha r-rebbieħa.

Kien hemm numru sabiħ ta’ 63 sottomissjoni u t-tpinġijiet kollha kienu nnovattivi, kuluriti u ta’ kwalità tajba.

Grupp ta’ nies indipendenti ġejjin minn oqsma differenti kemm ta’ tpinġija kif ukoll mill-isport kellhom lista ta’ kriterji biex isegwu sabiex finalment intgħażel ir-rebbieħ.

Miktub minn...
TVM Sport