Futbol internazzjonali
Bejn jirtira u le, Buffon għadu mhux deċiż ! Li hu żgur li s-Sibt isellem lil Juventus

Il-Goalkeeper internazzjonali taljan u ta’ Juventus Gianluigi Buffon, f’konferenza stampa fil-preżenza tal-President ta’ Juventus Andrea Agnelli llum ħabbar li dan huwa l-aħħar staġun tiegħu mat-tim ta’ Juventus kif ukoll mat-tim tan-Nazzjonal madankollu u tenna li għadu mhux konvint li lest idendel iż-żarbun u l-ingwanti għall-kollox.

Huwa kkonferma li l-logħba ta’ nhar isSibt kontra l-Hellas Verona ser tkun l-aħħar logħba tiegħu wara totall ta’ sbatax -il staġun mal-‘Bianconeri’. Wieħed qed jistenna li l-partitarji Juventini se jkunu qed jippreparaw nofs ta’ nhar speċjali għall-Buffon simili għaċ-ċelebrazzjoni ta’ addio li kien ingħata Alesandro Del Piero.

Buffon li kien idebutta fis-Serie A ma’ Parma fl-1995 u kien inxtara minn Juventus fl-2001. Mhux eskluż li Buffon jispiċċa jilgħab fil-Kampjoant Ċiniż jew Amerikan fejn hemm player ta’ isem bħala jitħallsu flejjes kbar.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Riżultati tal-ewwel ġurnata Grupp G Rapid Wien 2 – 0 Spartak Moscow  Hawn Artem Timofeev skorja own goal u Thomas Murg għal 2-0 Villarreal 2 –…

Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Aktar