Bejn seba’ u tmien ġimgħat barra għall-attakkant ta’ Pembroke Luke Montebello

RAPPORT – Rodney Vassallo

Operazzjoni suċċess għall-attakkant internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Luke Montebello wara li weġġa u kiser spalltu fid-draw ta’ 2-2 li nhar is-Sibt li għadda Pembroke Athleta kellhom kontra l-ex team tiegħu Tarxien Rainbows.

Minkejja li l-operazzjoni rnexxiet, il-player xorta se jkollu jagħmel bejn seba’ u tmien ġimgħat barra mill-azzjoni.

B’hekk se jitlef l-impenn doppju li t-Team Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għandu fil-jiem li ġejjin mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Latvja nhar il-ġimgħa u kontra l-Moldova it-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla, żewġ logħbiet li se jintlgħabu fil-Hibernians Stadium f’Kordin.

Daqqa ta’ ħarta ukoll għat-team tiegħu Pembroke Athleta bil-kowċ Winston Muscat li b’hekk fil-ġimgħat li ġejjin mhux se jkun jista jiddependi fuq dan l-attakkant ewlieni fl-iskwadra tiegħu, misluf dan l-istaġun mingħand Valletta.

Dan hekk kif Luke Montebello mhux mistenni li jirritorna lura fl-azzjoni qabel l-ewwel jew it-tieni ġimgħa ta’ Diċembru li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Isaac Ntow, id-difesnur laterali ta’ Hibernians FC, ġie sospiż erba’ partiti. Din l-informazzjoni ingħatat mill-Malta Football Association li bagħtet l-informazzjoni kollha tal-plejers u l-uffiċjali li ġew sospiżi fil-partiti ta’ tmiem…

Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Aktar