Benteke se jitlef it-Tazza tad-Dinja wara li weġġa fit-taħriġ ma’ Aston Villa

L-attakant internazzjonali Belġjan ta’ Aston Villa Christian Benteke sofra injury serja fl-achilles waqt it-taħrig ma’ Aston Villa, u se jitlef il-kumplament tal-istaġun, u saħanistra anke t-Tazza tad-Dinja mal-Belġju.

Probabilment ukoll, li t-telfa tas-Sibt 4-1 kontra Manchester United, kienet l-aħħar logħba għal Benteke bil-flokk tal-Villa, hekk kif teżisti possibilta li l-plejer iħalli l-klabb minn Birmingham fi tmiem l-istaġun.

Jingħad li wara din l-injury serja li sofra Benteke llum fit-taħrig ma’ Aston Villa, l-plejer mistenni jagħmel madwar tmien xhur barra mill-azzjoni.

Fl-ewwel kummenti wara din l-aħbar, il-manager tal-Villa Paul Lambert ammetta li din kienet daqqa ta’ ħarta kbira kemm għal Benteke u anke għal klabb.

Benteke ingħaqad ma’ Aston Villa f’Awwissu ta’ sentejn ilu għal somma ta’ £7miljun sterlina mingħand il-klabb Belġjan ta’ Genk.

Christian Benteke jingħaqad ma’ plejers oħra li minħabba injury diġa jafu li se jitilfu t-Tazza tad-Dinja, fosthom l-Ingliż Theo Walcott, u l-gowlkiper Spanjol Viktor Valdes.

Miktub minn...
Rodney Vassallo