Futbol internazzjonali
Benzema pożittiv għall-COVID-19

L-attakkant ta’ Franza u ta’ Real Madrid, Karim Benzema, instab pożittiv għall-COVID-19.

L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb Spanjol stess fi stqarrija li nħarġet ilbieraħ.

Benzema skurja erba’ gowls għal Franza fl-aħħar kampjonati Ewropej sakemm it-tim safa eliminat mill-Iżvizzera fir-rawnd tal-aħħar 16.

 

Miktub minn...
TVM Sport