Tennis
Berrettini u Alcaraz kontra xulxin fil-kwartifinali tal-Open ta’ Vjenna

It-Taljan Matteo Berrettini għadda għall-kwartifinali tal-Open ta’ Vjenna meta għeleb lil Nikoloz Basilashvili tal-Georgia. Berrettini kellu jiġi minn sett minn taħt wara li tilfu 6-7(5), imma mbagħad irkupra fit-tnejn ta’ wara u rebaħhom 6-2, 6-3.

Fil-kwartifinali Berrettini ser jaffaċċja liż-żagħżugħ Spanjol ta’ 18-il sena Carlos Alcaraz. L-Ispanjol elimina lill-Brittaniku Andy Murray f’żewġ sets, 6-4, 6-2.

Anke Jannik Sinner għadda għall-fażi li jmiss meta għeleb lill-Amerikan Reilly Opelka, l-istess kif għamlu Diego Schwartzman u Gael Monfils.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA