Futbol lokali
FILMAT: Bidu ħażin għall-Mostin hekk kif ikunu maħsuda minn St Andrews

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta …………..1

St Andrews……3

Victor Tedesco Stadium

St’Andrews akkwistaw l-ewwel tlett punti tal-kampjonat hekk kif għelbu lil Mosta, logħba li kellha l-ewwel taqsima bilanċjata hekk kif kien hemm 45 minuta botta u risposta, biss fit-tieni taqsima St’Andrews għarfu japprofittaw minn bosta żbalji li saru mill-players Mostin biex b’hekk ħargu rebbieħa.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara biss erba’ minuti meta xutt mill-viċin jaħbat ma’ idejn il-player Romao bir-referee tal- partita Emanuel Grech isaffar foul mill-hdax -il metru fejn inkariga minnu Atkinson li tefa’ l-ballun fix-xibka wara Andreas Vella.

Ma tlettax -il minuta tasal ir-risposta ta’ Mosta hekk kif azzjoni ferm sabiħa bejn Massimo Sammartino u Renan Abner b’dan ta’ l-aħħar min qadgħa angulata jitfa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Mad-29 minuta St’ Andrews viċin li jmorru fil-vantaġġ meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Amoy Brown il-ballun jaħbat mal- minduda.

Minuta wara għal darba oħra jkunu St’Andrews meta cross ta’ Travis Blagrove lejn Atkinson bil-ballun jaħbat mad-difiża ta’ Mosta u jispiċċa barra.

Tmiem Lewwel Taqsima Mosta 1 St’ Andrews 1

Fit-tieni taqsima tasal l-ewwel azzjoni mat-53 minuta meta azzjoni personali ta’ Amoy Brown baqa’ javvanza tefa l-ballun lejn Butler u mill viċin għamel l-impossibli possibli hekk kif tefa’ l-ballun ferm għoli.

Fit-58 minuta St’ Andrews imorru fil-vantaġġ meta pass fit-tul Brown lejn Atkinson li waħdu quddiem Andreas Vella tefa’ fix- xibka.

75 minuta u St’ Andrews jgħamlu ċert mit-tlett punti hekk kif pass preċiż ta’ Butler lejn Atkinson għat tielet darba personali tefa’ l-ballun fix-xibka wara Vella.

Żewg minuti wara għal darba oħra St’ Andrews ikunu viċin li jkomplu jkabbru l-vantaġġ meta azzjoni personali ta’ Davis Martin jippruva x-xutt tiegħu minn qadgħa angulata bil-ballun jaħbat mal-lasti.

Minuta qabel it tmiem St’Andrews spiċċaw jilagbu b’għaxar players hekk kif il-player Adrian Borg ġie muri t-tieni karta safra.

Riżultat Finali Mosta 1 St’ Andrews 3

Player ta Loghba: Atkinson Kavaughn (St’ Andrews)

Ref: Emanuel Grech.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Aktar