BOV Premier League 2021/22
Bidu mill-aqwa fil-kampjonat għall-Valletta…. tnejn minn tnejn

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Valletta ……………………1

Balzan  ……………………0

Qabel il-partita Ryan Camilleri difensur ta’ Valletta ġie ippreżentat bi flokk bin-numru 300 għat-tlett mitt partita fil-kampjonat Premier.

Bidu tajjeb għall-Valletta sal-ewwel nofs siegħa logħob li minkejja supremazija territorjali Valletta ftit li xejn impenjaw lil V.Vranes ta’ Balzan, minkejja li l-‘whites’ kienu diġa’ sfurzaw żewġ korners. 

Fin-nofs siegħa logħob l-ewwel azzjoni ta’ Balzan, xutt ċentrali ta’ M.Johnson għall-Balzan salvat minn Guarnone mingħajr diffikulta’, mill-istess azzjoni kontra attakk għall-Valletta, bid-difiża ta’ Balzan tirrikorri għall-foul fuq Fontanella, kommess minn A. Loof bil-partitarji Beltin jipprotestaw għall-karta safra, li ġustament ir-referre iħalli l-karti fil-but. 

4 minuti wara jasal l-ewwel tentattiv għal Balzan bl-azzjoni tkun waħda twila, sakemm finalment M.Duric minn pożizzjoni tajba jitfa’ l-ballun ferm għoli. 

Fit-43 minuta Valletta jmmorru fil-vantaġġ, kontrattakk veloċi wara li jisirqu ballun tajjeb fi tlett kwartit ta’ pitch through pass ta’ Fontanella, bid-difensur ta’ Balzan Augustine deher jitfa l-ballun fix-xibka tiegħu stess fit-tentattiv biex janticipa lil R. Lucas Campos, biex jagħmel l-iskor parzjali 1-0 għall-Valletta. 

Fil-ħin miżjud tasal l-ewwel karta safra murija lil S.Cipriott għall-foul li kkommetta f’nofs il-ground.

Wara żewġ minuti miżjuda fuq il-ħin Fyodor Żammit isaffar tmiem l-ewwel taqsima. Valletta 1-0 Balzan.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Balzan jaffetwaw żewġ sostituzzjonijiet daħħlu A. Da Paixao u M. Grima flok B.Kaljevic u M.Duric rispettivament. 

Fit-52 minuta Ivan Curjuric jintwera l-karta safra għall-Valletta wara foul fuq P. Fenech

Fl-54 minuta Balzan ħasbu li ġabu l-iskor indaqs wara żball fid-difiża ta’ Valletta A. Andrejic jitfa’ l-ballun wara Guarnone li iżda wara konsultazzjoni ftit twila u l-protesti tal-Valletta l-goal ġustamnet jitħassar għall-offside. Il-logħob fil-fatt tkompla minn freekick minn pożizzjoni perikoluza wara li Żammit kien ta l-vantaġġ lil Balzan li iżda Andrejic kien offside u allura l-vantaġġ ma kienx konkretizzat. Il-freekick suċċessiv ma kien tal-ebda periklu għall-lasta difiża minn Guarnone. 

Fis-60 minuta logħob Andrejic jiġi muri l-karta għall-daħla xejn komplimentuża. 

Fil-65 minuta perkussjoni tajba ta’ Caio Prado bix-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. 

Valletta baqgħu jikkontrollaw il-partita, jattakkaw u jkunu ferm perikolużi sa tmiem il-partita. 

Wara 6 minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari Fyodor Żammit jagħti tmiem il-partita.  

Riżultat Finali Valletta Balzan 1-0 

Referee Fyodor Żammit

BOV Player tal-Partita Caio Prado Valletta

Valletta: A.Guarnone, R.Camilleri, T.Caruana, J. Arthur, C.Gauci, E.Pena Beltre, J.Żerafa(C) (66 M.Sansone), I. Curjuric, R.Caio Prado (86 I. Micallef), M.Fontanella (86 M.Jurdik), Lucas Campos Ribeiro.  

Balzan: V.Vukasin, L. Augustine, S.Arab, M.Durik (45 M.Grima), P.Fenech (C)(80 M. Zlatkovic), M.Johnson, U. Ljubomirac,M.Milos, A. Andrejic, B.Kaljevic (45 A. Da Paixao), S.Cipriot(67 S. Cipriott).  

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.