Futbol lokali
BIL-FILMAT: Gżira jġibu draw fl-aħħar sekondi u Justin Haber jinfexx f’bewsa mar-referee Trustin Farrugia Cann

Il-bews xi ħaġa sabiħa. Normalment, bewsa tagħti tifsira ta’ rispett u mħabba bejn xulxin.

Iżda l-bewsa spontanja li saret ilbieraħ fil-partita mill-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Gżira United, mhux żgur qatt rajna bħala fid-dinja tal-Istorja tal-futbol.

Gżira United ġabu d-draw fl-aħħar sekondi tal-partita biex ġiet evitata l-ewwel telfa għalihom f’dan il-kampjonat.

Fost ħafna qbiż fuq il-plejer Conti mill-plejers tal-Maroons, ma setax jonqos li Justin Haber, ex gowlkiper nazzjonali, ġera min-naħa għal oħra tal-pitch u ntefa’ mal-art fuq il-kumplament tal-plejers sħabu.

Ġara li wara ftit sekondi, kif qam bil-wieqfa, l-aktar persuna viċin tiegħu li sab kien ir-referee Trustin Farrugia Cann. Hu deher jaħtfu minn wiċċu b’idejh it-tnejn u jbusu b’saħħtu fuq il-warda ta’ wiċċu, viċin ħafna ta’ xufftejh. Fil-filmat, Farrugia Cann jidher li nħasad sew b’dan il-ġest ta’ Haber tant li deher jersaq lura u anki jkemmex xi ftit wiċċu. L-ingwanti, lejn l-aħħar tal-partita, setgħu kienu maħmuġin ħafna anki għax il-gowlkiper ta’ Gżira għamel erba’ saves kruċjali li ħallihom fil-partita.

Ħafna nies li kienu qed isegwu l-partita ma riedux jemmnu dak li qed jaraw b’għajnejhom tant li kulħadd beda jistaqsi lil xulxin jekk kienx vera dak li kienu għadhom kemm raw.

Jidher li dan l-inċident ma niżilx tajjeb mad-diriġenti ta’ Hamrun Spartans FC, inkluż il-President Nunzio Antignani u d-Direttur Sportiv Gaetano Farrugio, li aktar tard filgħaxija, fuq il-profil tagħhom ta’ Facebook, kitbu li qed jaħsbuha sew għandhomx jirtiraw it-tim mill-Kampjonat. Hamrun komplew allegaw li d-deċiżjonijiet li ħa Farrugia Cann tul il-partita kienu kollha kontra tagħhom.

Każ bħal dan iħalli lil wieħed imħasseb ħafna fuq x’passi kellu jieħu r-referee Trustin Farrugia Cann, jekk iħallix kollox għaddej qisu qatt ma kien xejn, kif filfatt għamel, jew jippenalizza lill-plejer.

Li hu żgur, fir-regolamenti tal-futbol, wieħed ma jistax iċapċap jew jagħmel ġesti ironiċi lejn ir-referee għax jitkeċċa.

M’aħniex ċerti jekk fl-istess regolamenti hemm xi ħaġa favur jew kontra l-bews fil-pitch.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT OV PREMIER 2018/19 Pietà H……….0 Ħamrun S…..2 Fl-ewwel logħba fil-Hibernians Stadium, Pietà Hotspurs tilfu kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk huma l-ewwel tim relegat għall-Ewwel Diviżjoni. Min-naħa…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta   …………1 Gżira    ……..…..1 Gżira salvaw draw fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Mosta f’logħba li ntemmet draw  ta’ 1-1 Mosta fetħu l-iscore fil-ħames minuta meta minn cross…

Futbol lokali

U minn għada s-Sibt sat-Tnejn li ġej ikompli l-Kampjonat BOV Premier bil-25 ġurnata. Il-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa jkunu dawn: Is-Sibt 20 ta’ April – Hibernians Stadium 16.00 Pieta’ Hotspurs –…

Futbol lokali

John Buttigieg, l-ex kowċ ta’ Sliema Wanderers u tat-tim nazzjonali Malti, se jinħatar kowċ ta’ Birkirkara FC fis-sigħat li ġejjin. Buttigieg hu wieħed mill-iktar kowċis ta’ esperjenza kbira b’karriera brillanti…

Aktar