Futbol lokali
BIL-FILMAT: Haley Bugeja lura f’Malta biex tingħaqad mat-tim nazzjonali, l-ewwel kummenti lil TVMSport

Illum wara nofsinhar, Haley Bugeja, il-plejer ta’ Sassuolo, waslet lura f’pajjiżna.

Bugeja kienet fuq fhomm kulħadd fl-aħħar jiem biż-żewġ gowls mill-isbaħ li skurjat fil-partita mill-kampjonat kontra Napoli.

Sassuolo rebħu dik il-partita bi skor ta’ 3-1 biex telgħu fit-tieni post tal-klassifika.

Haley Bugeja rritornat f’pajjiżna biex tingħaqad ma’ sħaba fit-tim nazzjonali Malti bi preparazzjoni għall-partita mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej kontra d-Danimarka.

TVMSport ħa l-ewwel kummenti ta’ Haley Bugeja hekk kif ħarġet mill-ajruport ta’ Malta u sabet lill-ġurnalista Joanna Camilleri.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21. SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 LIJA ATHLETIC…………….4. SENGLEA ATHLETIC……..0. It-tim promoss ta’ Lija Athletic, b’għaxar players, għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 4-0, b’hat-trick ta’ Erjon Beu u gowl ieħor ta’…

Tarxien Rainbows FC….. 0 Balzan FC……………………1   Balzan fetħu l-istaġun 2020/21 b’rebħa meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0. F’logħba pjuttost bla storja, kien il-goalkeeper ta’ Tarxien…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar