Futbol lokali
BIL-FILMAT: Iż-Żażu jiċċara l-kummenti tiegħu
Il-coach tat-team nazzjonali dwar il-konfront t'għada kontra l-Kosovo

TVMSport dalgħodu tkellem mal-coach tat-team nazzjonali Malti Ray “Żazu” Farrugia fil-lukanda tal-kontinġent Malti fil-kapitali tal-Kosovo, Pristina.

Is-suġġett prinċipali kien dwar il-partita t’għada fil-UEFA Nations League kontra l-Kosovo imma fl-istess ħin iż-Żażu ċċara kummenti li kien ta lil TVMSport stess aktar kmieni dil-ġimgħa meta kien qal li l-għan ta’ Malta f’din il-kompetizzjoni huwa li ma tispiċċax l-aħħar fil-grupp: kumment li kien ġie nterpretat bħala li jirrifletti mentalità telliefa.

Fil-mikrofonu ta’ TVMSport illum, Ray Farrugia qal l-istorja turi li kull darba li kkompeta internazzjonalment, it-team Malti dejjem spiċċa l-aħħar u issa wasal iż-żmien li t-team jinqala’ mill-qiegħ. Iż-Żażu stqarr li l-mira tiegħu u tat-team kollu tibqa’ li jispiċċaw l-ewwel mhux l-aħħar fil-grupp, u l-logħbiet ta’ Malta s’issa wrew li t-team qed jilgħab tajjeb u qed jattakka. Qal ukoll li t-team qiegħed il-Kosovo biex jiġbor il-punti.

Dwar il-partita t’għada l-coach qal li jaf bis-saħħa tal-avversarji bi players li kważi kollha jilagħbu barra l-pajjiż f’kampjonati tajbin, u mhux se tkun logħba faċli. Ray Farrugia ndika formazzjoni tattika ta’ 5-4-1 u qal li t-team se jippressa fejn ikollu ċans. Qal ukoll li Ryan Camilleri huwa dubjuż għal kontra l-Kosovo wara li qala’ daqqa fit-training u ntefħitlu l-għaksa.

Aktar kummenti u l-aħħar aġġornamenti mill-kamp tat-team Malti fi Pristina, kif ukoll filmati tas-sessjoni uffiċjali tat-taħriġ tal-lejla fl-istadium Fadil Vokrri fejn se tintlagħab il-partita għada, fl-aħbarijiet sportivi llejla fuq TVM.

Kosovo – Malta għada se tinwera diretta fuq TVM2 fid-20:45.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar