BIL-FILMAT – iż-żewg midalji tad-deheb ta’ Charlotte Wingfield u Kevin Moore illum

GSSE 2015_Iżlanda

Żewg midalji tad-deheb oħra għal Malta fl-aħħar ġurnata tal-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-Iżlanda.

Għal darb’oħra tkun l-Atletika li tati lil Malta s-sodisfazzjon ta’ midalji tad-deheb, mill-ġdid bl-atleti Kevin Moore u Charlotte Wingfield li ukoll rebħu l-ewwel żewġ midalji tad-deheb ghal Malta iktar kmieni fil-kompetizzjoni.

Illum wara nofsinhar, il-Malti Awstraljan Kevin Moore rebaħ id-deheb fil-finali tal-200 metru.

Huwa kiseb ħin tajjeb ta’ 21.54sekondi, Kevin Moore kien diġa rebaħ deheb fil-final tal-400metru nhar il-Ħamis li għadda.

Ftit ħin wara tasal ir-raba deheb għal Malta u t-tieni waħda personali għal Charlotte Wingfield li ġiet l-ewwel fil-finali tal-200metru Nisa, f’ħin ta’ 24.19sekondi.

Suċċess b’hekk għal Malta f’dan l-aħħar jum ta’ Logħob għall-pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa f’Rejkjavik, liema loghob jiġu fi tmiemhom fil-ħin li ġej biċ-ċerimonja tal-għeluq.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Oħrajn

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali. Il-logħba tal-GO hi board game…

Oħrajn

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal…

Oħrajn

Matias Perrone tal-Arġentina rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-footgolf li saret f’Marralesh, fil-Marokk, il-Ħadd li għadda. Perrone rebaħ lill-Ingliż Ben Clarke b’żewġ xuttijiet iktar biex temm fl-ewwel post. Perrone rebaħ it-titlu fuq…

Aktar