Futbol internazzjonali
BIL-FILMAT: Jaqla’ żewġ karti sofor u karta ħamra fi 12-il sekonda…rekord mondjali!

Plejer irnexxielu jwaqqaf rekord mondjali meta rċieva tliet karti u tkeċċija fi 12-il sekonda.

Alex Low, plejer ta’ Garforth Town, kellu daħla kerha fuq plejer ta’ Bridlington Town li r-referee ta l-vantaġġ u ħalla l-logħob għaddej.

L-istess Low kompla jsegwi l-azzjoni u għamel foul ikrah ieħor f’tarf il-kaxxa tad-difiża tat-tim tiegħu fejn hemmhekk ir-referee kien kostrett iwaqqaf il-partita, jordna l-freekick u jagħti żewġ karti sofor konsekuttivi u eventwalment il-karta l-ħamra.

Jidher li Low ma tantx ikkontesta dawn il-karti, tant li baxxa rasu u deher ħiereġ ‘il barra minn fuq il-pitch.

Il-partita kienet mill-kampjonat Northern Counties East Football League u ntlagħbet is-Sibt li għadda u kien il-profil soċjali stess tal-klabb Garforth Town li xerred dan il-filmat bl-aħbar tal-plejer tagħhom b’mod kemmxejn umoristiku.

L-istess klabb jidher li aċċetta u faħħar id-deċiżjoni tar-referee iżda kienu intelliġenti biex minn xi ħaġa negattiva joħroġ il-pożittiv ukoll.

L-istess filmat segwewh eluf ta’ persuni u s-sieħba mal-profil tat-twitter tal-klabb, żdiedu b’mod konsiderevoli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar