Futbol internazzjonali
BIL-FILMAT: Kif jista’ jkun il-ballun ma daħalx fix-xibka? Meta ma tkunx ġurnata, ma tiskurja qatt!

Inkredibbli imma vera!

Ma temminx kif dan il-ballun ma daħalx fix-xibka u kif meta tim ma tkunx ġurnata tiegħu, ma jiskurja qatt.

Taħwida quddiem il-lasti f’partita tal-FA Trophy fl-Ingilterra bejn Wingate & Finchley kontra Dulwich Hamlet, ħalliet lil kulħadd imbellaħ kif jista’ jkun ma sarx gowl.

Il-partita ntlagħbet is-Sibt li għadda u l-filmat ġera fuq is-siti soċjali u kellu miljuni kbar ta’ shares.

Wingate & Finchley kellhom 5 xuttijiet fil-lasti minn metru bogħod jew inqas wara li taw corner, madankollu, ir-riflessi kbar tal-gowlkiper u l-mod kif id-difensuri bdew jimblukkaw il-ballun kienet xi ħaġa li mhux żgur qatt rajna bħala fil-futbol professjonali tal-ogħla livell.

Iċ-ċans inħela u Dulwich Hamlet baqgħu ma skurjawx biex Wingate & Finchley rebħu l-partita bi skor ta’ 2-0 u kkwalifikaw għar-rawnd li jmiss.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League kontra F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Il-poloz ittellgħu llum wara nofsinhar, fil-kwartiera tal-UEFA, f’Nyon, fl-Iżvizzera. Ftit tal-ħin wara, ttellgħu…

Futbol internazzjonali

Michel Platini, l-ex President tal-UEFA, inżamm taħt arrest mill-Pulizija Franċiża, wara allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-mod kif ingħatat it-Tazza tad-Dinja tal-2022, lil Qatar. L-aħbar ta’ Platini ħarġet l-ewwel fis-sit Mediapart u…

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ġappun 0  Ċili 4 Iċ-Ċili fetħu l-impenji tagħhom fil-Copa America bl-aħjar mod possibbli meta fl-ewwel logħba minn Grupp Ċ huma għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 4-0. Pulgar fetaħ l-iskor…

Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Aktar