Waterpolo
BIL-FILMAT: Logħba waterpolo fir-Russja tintemm fi ġlieda boxing ‘free for all’

Dik li lbieraħ kellha tkun logħba waterpolo mill-Kampjonat Super League fir-Russja bejn Sintez Kazan u Spartak Volgograd, intemmet fi ġlieda boxing ‘free for all’ u farsa sħiħa għal dawk l-ispettaturi li nzertaw fil-Pixxina.

Il-ġlieda bdiet minn ġol-ilma, u l-filmati jikkonfermaw dan kollu. Iżda rapporti fil-media internazzjonali jgħidu li l-inkwiet kompla bil-kbir fid-dressing rooms wara l-partita.

Jidher li waqt attakk ta’ wieħed mit-timijiet, plejer li kien viċin il-lasti avversarja b’ċans tajjeb li jiskurja inġibed l-isfel mill-avversarju tiegħu.

Il-plejer ta’ kontrieh ma tantx aċċetta dan il-foul, tant li tah daqqa ta’ ponn li naraw bħala biss f’xi ring waqt ġlieda boxing. Il-plejer li ta l-ewwel daqqa ta’ ponn hu Sergey Odintsov ta’ Spartak Volgograd. Il-vittma li ħa l-ewwel daqqa kien Vitaly Yurchik ta’ Sintez.

Il-partita kien għad jonqosha erba’ minuti ta’ ħin regolari iżda r-referee ddeċieda jwaqqafha u jagħti rebħa ta’ 9-6 lil Spartak.

Jidher li fil-pixxina qamet konfużjoni sħiħa b’ħinijiet minnhom tkun ‘free for all’, b’kulħadd ixejjer bil-ponn bl-addoċċ u bil-plejers li kienu riservi jaqbżu fl-ilma biex ikomplu mal-ispettaklu.

Tad-daħk jew tal-biki?

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Serie A1 fl-Italja, it-team Roma Nuoto li jilagħbu miegħu l-aħwa Stevie u Jordan Camilleri l-bieraħ rebħu l-logħba deċiżiva tal-kampjonat is-Sibt kontra Posillipo 13-9 sabiex issa Roma jidħlu fil-finali ‘Final…

Waterpolo

Waterpolo: Novaky International Tournament ta’ taħt is-sbatax -il sena li qed isir fl-iSlovakkja. Riżultati sodisfaċenti għat-team Nazzjonali Malti li wara li tilef fl-ewwel ġurnata 15-6 kontra l-Ungerija, iktar tard mal-ġurnata…

Aktar