Futsal
BIL-FILMAT: Tfajjel isir stilla tal-futsal u l-basketball…jiskurja penalty u jagħmel ‘three pointer’ biż-żarbuna fl-istess ħin

Kultant, fid-dinja tal-isport, jiġru kumbinazzjonijiet li jekk terġa’ tippruvahom għall-kumplament ta’ ħajtek ma jerġgħux jiġru.

Tfajjel li s’issa għadu mhux magħruf b’ismu, irnexxielu jiskurja penalty fil-futsal u fl-istess xutt, iż-żarbuna li kien liebes tarittlu u għamel ‘three-pointer’ klassiku.

Fl-aħħar sigħat, dan il-filmat mexa bil-miljuni fuq is-siti soċjali, bit-tifel isir stilla tal-isport.

Ħafna kummenti kienu jgħidu li anqas Maradona, Pele, Baggio, Zidane, Messi u Ronaldo qatt ma rnexiielhom jagħmlu xi ħaġa bħal din.

Fil-verità, naħsbu li għandhom raġun!

Araw il-filmat u b’garanzija li terġgħu tarawh għal darba, tnejn u tlieta biex tibdew temmnu verament x’ġara!

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futsal

MFA Futsal League 2018/19 Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’…

Basketball

Il-bieraħ fil-Padiljun tal-Isport f’Ta’ Qali bdiet tintlagħab il-Finali tat-Tazza Louis Borg kemm fil-kategorija tal-Irġiel kif ukoll tan-Nisa. Fil-finali tal-Irġiel Starlites Gig kisbu rebħa minima fuq Gżira Athleta bil-punteġġ ta’ 74…

Basketball

Il-Ħamis filgħodu ħarġet l-aħbar li miet Emmanuel Mangani, li għal snin sħaħ ta kontribut kbir lill-isport lokali, speċjalment lill-basketball. Mangani kien ukoll għalliem maħbub ħafna kemm mill-istudenti kif ukoll mill-kollegi…

Basketball

Att ta’ karitá mill-Harlem Globetrotters li kienu mistiedna għall-viżita fi skola ta’ studenti b’nuqqas ta’ smiegħ biex juru l-kapaċitajiet tagħhom f’dan l-isport. It-tfal fl-iskola Mill Neck Manor fi New York,…

Aktar