Futbol lokali
BIL-FILMAT: Tim nazzjonali Malti – Tibda l-preparazzjoni għall-ewwel żewġ partiti tal-UEFA Nations League

Preparazzjoni ntensiva għat-team nazzjonali Malti taħt il-gwida tal-coach Ray Żażu Farrugia għad-debutt fil-kompetizzjoni l-ġdida tal-UEFA Champions League li tlaqqa’ timijiet nazzjonali ta’ bejn wieħed u ieħor l-istess kalibru skont ir-ranking tagħhom. Malta telgħet fi Grupp D3 mal-Azerbajġan, il-Kosovo, u l-Gżejjer Faroe. Propju kontra dawn tal-aħħar l-ewwel partita ta’ Malta f’Torshavn nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru: tlitt ijiem wara mbagħad il-konfront f’Ta’ Qali kontra l-Ażerbajġan.

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ qed isiru fis-Centenary Stadium għall-fatt li l-partita kontra l-Gżejjer Faroe se tintlagħab fuq wiċċ artifiċjali. L-iktar player veteran fl-iskwadra proviżorja ta’ 26 imsejħa mill-coach Farrugia huwa Michael Mifsud.

Intant il-partita f’Torshavn se tkun id-debutt kompetittiv anke għaż-Żażu fuq il-bank tat-team nazzjonali Malti tal-kbar.

Gżejjer Faroe – Malta nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru: diretta fuq TVM2 fid-20:45.

Hawn taħt, l-intervisti ma’ Ray Farrugia u l-captain Michael Mifsud.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Aktar