X

BIL-FILMAT: Tim nazzjonali Malti – Tibda l-preparazzjoni għall-ewwel żewġ partiti tal-UEFA Nations League

Preparazzjoni ntensiva għat-team nazzjonali Malti taħt il-gwida tal-coach Ray Żażu Farrugia għad-debutt fil-kompetizzjoni l-ġdida tal-UEFA Champions League li tlaqqa’ timijiet nazzjonali ta’ bejn wieħed u ieħor l-istess kalibru skont ir-ranking tagħhom. Malta telgħet fi Grupp D3 mal-Azerbajġan, il-Kosovo, u l-Gżejjer Faroe. Propju kontra dawn tal-aħħar l-ewwel partita ta’ Malta f’Torshavn nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru: tlitt ijiem wara mbagħad il-konfront f’Ta’ Qali kontra l-Ażerbajġan.

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ qed isiru fis-Centenary Stadium għall-fatt li l-partita kontra l-Gżejjer Faroe se tintlagħab fuq wiċċ artifiċjali. L-iktar player veteran fl-iskwadra proviżorja ta’ 26 imsejħa mill-coach Farrugia huwa Michael Mifsud.

Intant il-partita f’Torshavn se tkun id-debutt kompetittiv anke għaż-Żażu fuq il-bank tat-team nazzjonali Malti tal-kbar.

Gżejjer Faroe – Malta nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru: diretta fuq TVM2 fid-20:45.

Hawn taħt, l-intervisti ma’ Ray Farrugia u l-captain Michael Mifsud.

Mark Attard :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.