Futbol lokali
BIL-FILMAT, UEFA Nations League: Illejla Kosovo – Malta diretta fuq TVM2 fid-20.45

Fi Pristina llejla Malta tilgħab kontra l-Kosovo fit-tielet partita minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League.

Malta s’issa għandha punt minn żewġ partiti grazzi għad-draw ta’ 1-1 mal-Ażerbajġan f’Ta’ Qali x-xahar li għadda wara t-telfa ta’ 3-1 fid-debutt mal- Gżejjer Faroe.

Il-Kosovo min-naħa tagħhom għandhom 4 punti u qegħdin fil-quċċata tal-grupp.

Fl-istess ħin ta’ Kosovo – Malta llejla jilagħbu l-Gżejjer Faroe kontra l-Ażerbajġan. Minn hawnhekk intant l-iskwadra Maltija titlaq għal Baku fejn nhar il-Ħadd imiss partita oħra away kontra l-Ażerbajġan. F’Novembru mbagħad iż-żewġ konfronti home mal-Kosovo u l-Gżejjer Faroe.

Għal kontra l-Kosovo, filwaqt li qal li jagħraf il-qawwa tal-avversarji, il-coach tat-team nazzjonali Ray Farrugia wieġħed li t-team se jagħmel miunn kollox biex jikseb mill-inqas punt. Farrugia għandu lid-difensuri Joseph Zerafa sospiż u Ryan Camilleri dubjuż.

Dalgħodu l-iskwadra kellha sessjoni ħafifa ta’ taħriġ, dik li tissejjaħ activation session, mal-performance coach Luca Pagani u taħt għajnejn il-coach Farrugia u l-assistenti tiegħu Branko Nisevic, Charles Sciberras u Ronald Vella. Is-sessjoni saret fil-belt ta’ Mazgit ftit ‘il barra mill-kapitali Pristina.

Il-partita tal-lejla se tintagħab l-Istadium Fadil Vokrri u tintwera diretta fuq TVM2 fid-20:45

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MFA BOV SUPER CUP 2018 Valletta…..2 Balzan……1 Valletta jgħaqqdu t-tużżana: it-team tal-kapitali żied mar-rekord tiegħu stess u għamilhom tnax-il suċċess fil-BOV Super Cup meta f’finali missielta imma nieqsa minn azzjoni…

Futbol lokali

Valletta jfittxu t-treble u Balzan jimmiraw għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club meta għada jilagħbu għall-BOV Super Cup. Is-Super Cup tradizzjonalment tlaqqa’ liċ-champions mar-rebbieħa tal-FA Trophy: dis-sena miss lil Balzan bħala…

Futbol lokali

Tħabbret il- mewt tal- eks-referi internazzjonali Charles Scerri. Il-karriera tiegħu fil-logħba tal- futbol kienet waħda twila. Huwa kien anke ingħata diversi inkarigi internazzjonali mill-aktar importanti, kemm lejn l-aħħar tas-snin sebgħin…

Aktar