Sport Lokali
BIR-RITRATTI – it-8 post għal Charlotte Wingfield fil-100m heats fil-Kampjonati tad-Dinja 

Atletika_Kampjonati tad-Dinja f’Londra

L-ewwel dehra fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Londra għall-Maltija Charlotte Wingfield.

Hija ħadet sehem f’waħda mill-heats tal-mitt metru, eżattament f’heat numru tnejn ma’ atleti ta’ fama mondjali u sprinters ta’ suċċess fost in-nisa fosthom iċ-Champion Olimpika Elaine Thompson.

F’temp pjuttost xitwi fil-London Stadium hija spiċċat fit-tmien post.

Il-Maltija kisbet ħin ta’ ħdax-il sekonda punt tmienja tnejn li jfisser punt tnejn ta’ sekonda inqas min-National Best tagħha ta’ ħdax-il sekonda punt sitta tnejn, liema ħin permezz tiegħu anke rebħet il-midalja tad-deheb f’Ġunju li għadda fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi z-Żgħar tal-Ewropa li saru f’San Marino.

Kif mistenni kienet il-Ġamajkana Elaine Thompson li ħarġet rebbieħa f’din il-heat f’ħin impressjonanti ta’ ħdax-il sekonda punt zero ħamsa.

It-tieni daħlet il-Kanadiża Crystal Emmanuel, it-tielet kwalifikata ukoll l-Amerikana Ariana Washington.

Miktub minn...
Rodney Vassallo