Futbol lokali
Birkirkara FC: il-players kollha taħt kwarantina, pre-season imwaqqaf
Diffikultajiet kbar fil-preparazzjonijiet għall-bidu tal-istaġun il-ġdid

Il-viċi-president ta’ Birkirkara Michael Valenzia stqarr ma’ TVMSport li t-team jista’ ma jkunx f’pożizzjoni li jinżel għal-logħob fl-ewwel ġurnata tal-istaġun il-ġdid tal-Kampjonat BOV Premier.

Il-players u l-membri kollha tal-istaff tekniku ta’ Birkirkara jinsabu taħt kwarantina obbligatorja, bil-pre-season sospiż, sal-25 ta’ dan ix-xahar, wara li kellhom każ ta’ player infettat bil-coronavirus.

Michael Valenzia qal lil TVMSport li l-club għarraf lill-MFA bil-pożizzjoni tiegħu f’laqgħa virtwali llum fil-preżenza ta’ rappreżentanti mill-clubs l-oħra kollha tal-Premier u ċ-Challenge League. Qal ukoll li Birkirkara qed jagħmlu pressjoni biex jingħataw permess jirritornaw għat-taħriġ minn nhar l-Erbgħa: għax jekk tkun imposta l-kwarantina sal-ġimgħa d-dieħla, l-iskwadra se jkun ilha ħmistax wieqfa u jkollha biss ġimagħtejn oħra biex tipprepara għall-ewwel partita tal-kampjonat kontra Valletta fil-weekend bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.