Futbol lokali
Birkirkara FC jħabbru li plejer tagħhom ittestja pożittiv għall-coronavirus

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier ħabbar li plejer minn tal-ewwel skwadra tagħhom ittestja pożittiv għall-COVID-19.

Dan hu l-aħħar każ ta’ coronavirus wara li l-ġimgħa l-oħra, Balzan ħabbru li kellhom tliet plejers li nstabu pożittivi.

TVMSport jinsab infurmat li l-plejers kollha ta’ Birkirkara se jkunu qed jintbagħtu jagħmlu t-test tal-COVID-19 fis-sigħat li ġejjin u kellhom is-sessjoni ta’ taħriġ tal-jiem li ġejjin sospiżi kollha.

Fil-jiem li għaddew, instabu wkoll każi pożittivi fil-klabbs ta’ Ta’ Xbiex, St Venera Lightnings, Naxxar Lions u Swieqi.

L-aħbar tal-plejer pożittiv ta’ Birkirkara ħarġet ftit minuti wara li l-MFA, f’telekonferenza, qalet l-kampjonati tal-istaġun li ġej se jibdew kif pjanat, bil-bibien magħluqa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

Aktar