Futbol lokali
Birkirkara FC – Olimpija Ljubjana il-Ħamis fis-18:00 diretta fuq TVM2. Andre Paus fiduċjuż

Uefa Conference League: It-team immnexxi minn Andre Paus il-Ħamis jilqa’ fis-Centenary Stadium lil Olimpija Ljubljana tal-Islovenja. Fl-ewwel leg ġimgħa ilu l-Isloveni kienu rebħu 1-0 b’goal li kien skorjat minn Mustafa Nukic. Fil-logħba ta’ għada Birkirkara jridu jirbħu b’distakk ta’ żewġ goals jekk iridu jgħaddu jew inkella jirbħu b’distakk ta’ goal wieħed biex tal-inqas jisfurzaw il-ħin barrani. Il-logħba ta’ għada tibda fis-6pm u se tixxandar diretta fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.