BOV Premier League 2021/22
Birkirkara jagħtu t-tieni telfa konsekuttiva liċ-Champions Ħamrun Spartans

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Birkirkara……………………….2

Ħamrun ………………………..1

Ħamrun li kienu ġejjin minn telfa iebsa kontra Valletta filwaqt li Birkirkara ġejjin minn l-ewwel rebħa tal-istaġun.

L-ewwel azzjoni tal-partita li waslet minn Ħamrun fit-tieni minuta, kien Soares li għadda tajjeb lejn Mbong spazju u tranżizzjoni li kienet tajba madankollu Birkirkara għarfu jagħlqu tajjeb u jiddefendu l-lasti tagħhom.

Fl-erbatax –il minuta azzjoni perikoluża ta’ B’Kara pass ta’ Montebello lejn Falcone orizzontali bid-difiża ta’ Ħamrun jagħlqu perfett.

Fit-tmintax –il minuta tentattiv minn tarf il-kaxxa ta’ Mbong għal Ħamrun joħroġ tajjeb Fernandes isalva biex B’kara reġgħu ħelsuwha ħafif fid-dstatax -il minuta konklużjoni ta’ El Baktahoui isalva tajjeb Fernandes.

Ħamrun fetħu l-iscore fit-32 minuta pass djagonali perfett ta’ Mbong lejn Jorge Soares li jara d-difiża ta’ B’kara miftuħa u żbilanċjata għal kollox biex tefa’ fir-rokna tax-xibka

Reazzjoni ta’ Bkara fis-37 minuta ċans tajjeb għal Birkirkara, ġirja ta’ Federico Falcone xutt lejn il-lasti bid-difiża tikklerja minnufih.

Fl-erbgħin minuta Birkirkara ġabu d-draw Cross ta’ Yannick Yankam li għadda lejn Luke Montebello li b’ċerta faċilita tefa wara Henry Bonello

L-ewwel taqsima għalqet f’parita ta 1-1.

Fit-48 minuta kellna azzjoni ta’ Birkikara b’Yankam javvanza tajjeb bil-konklużjoni tiegħu Bonello jirreaġixxi.

Biex fit-58 minuta wara B’kara jagħmluhom tnejn. Nuqqas fid-difiża ta’ Ħamrun kien l-attakkant Federico Falcone li attakka l-ballun mir-rebound b’xutt tajjeb li ma falliex.

Birkirkara spiċċaw jilagħabu b’għaxar plejers meta fid-disgħin minuta daħla perikoluża ta’ Claudio Bonanno li ġie muri karta ħamra diretta mir-referee Trustin Farrugia Cann

Riżultat finali

Birkirkara………………………….2

Ħamrun ………………………….1

BOV Player tal-Logħba: Luke Montebello – Plejer ta’ Birkirkara

Referee tal-partita: Trustin Farrugia Cann

Formazzjonijiet:

Birkirkara: Fernandes D, Pepe E, Yankam Y (70’ Aguirre L)  , Montebello L (85’ Ruiz E), Mbong P (56’ Bonanni C),  Zammit K, Falcone F (85’ Bevis K), Attard C, Carniello O, Macedo F (70’ Scicluna R), Venancio D.

Ħamrun: Bonello H, Gojkovic D, Mbong J, Soares J, Sasere F, Corbalan Juan Carlos, Dordevic P (80’ Oyama A), Micallef K (75’ Mercieca C), Dielna Claude, Marcelina E (85’ Soufiane L), El Bakhtaoui.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.