Futbol lokali
Birkirkara jaħtru lil Andrè Paus bħala l-coach il-ġdid
Jasal Malta dil-ġimgħa

Birkirkara FC għadhom kemm ħabbru fuq is-site uffiċjali tagħhom li ħatru lill-Olandiż Andrè Paus bħala head coach b’effett immedjat.

Il-club qal li Paus għandu jasal Malta fil-jiem li ġejjin u li aktar dettalji jingħataw dil-ġimgħa.

Paus b’hekk se jkun qed jieħu post John Buttigieg li jumejn ilu rriżenja minn coach ta’ Birkirkara.

Il-coach Olandiż diġà għandu rabta ma’ Malta billi ħames staġuni ilu mexxa lil Valletta għat-titlu wara li ħa t-tmexxija tat-team f’nofs staġun. Valletta kienu rebħu l-kampjonat Premier fl-aħħar ġurnata meta għelbu propju lir-rivali Birkirkara biex qabżuhom fl-ewwel post: u baqgħu għaddejin biex ħadu d-double.

Wara Malta, Paus kellu esperjenzi ma’ timijiet f’Ċipru, il-Greċja, u pajjiżu l-Olanda. Huwa possibilment ikun fuq il-bank ta’ Birkirkara nhar is-Sibt li ġej meta l-Istripes jiffaċċjaw lil Balzan ifittxu l-ewwel punti fil-Kampjonat BOV Premier.

Birkirkara kienu wieħed mill-aktar timijijet attivi fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf imma minkejja bosta akkwisti mportanti t-team naqas li jsib il-forma meħtieġa u beda l-istaġun b’telfiet ma’ Floriana u Senglea Athletic.

Is-Sibt li għadda l-kumitat tal-club żvela fil-website tiegħu li kien qed jaċċetta r-riżenja ta’ John Buttigieg minn coach wara bidu diffiċli għall-istaġun. Buttigieg kien ħa t-tmexxija tat-team għall-aħħar partiti tal-istaġun li għadda meta Birkirkara kienu għaddejin minn forma ndifferenti li rathom jispiċċaw il-kampjonat fis-seba’ post.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar