Birkirkara jdawwru telfa f’rebħa u jibqgħu l-ewwel

Kampjonat BOV Premier  2013/14

Championship Pool

Birkirkara……..3

Balzan………….1

Il-leaders tal-kampjonat BOV Premier Birkirkara irnexxielhom jieħdu tliet punti wara li rkupraw gowl żvantaġġ kontra Balzan fl-ewwel logħba tagħhom fiċ-Chapionship Pool.

Kien it-tim imexxi minn Jesmond Zerafa li marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima iżda Birkirkara dawra l-logħba fit-tieni parti tal-konfront.

Kienu Balzan li resqu l-ewwel darba lejn il-lasta meta mill-freekick ta’ Calcado, Dos Santos bir-ras impenja lil Haber li b’akrobazija dawwar f’corner. Tlieta w tletin minuta u Balzan marru fil-vantaĠĠ. Kien il-pass ta’ Vignaroli lejn Armario Negrin wara Żelqa ta’ Scicluna, li minn pożizzjoni dubjuża ta’ offise avvanza waĦdu u minn taħt Haber ma kellux diffikulta’ biex b’eleganza jitfa’ fix-xibka.

Fit-tieni taqsima Birkirkara ħargu totalment mibdula mill-indifferenza li urew fl-ewwel waħda u mal-ħamsin minuta ġabu d-dro. Haruna Shola Shodiya qabad ballun u minn tlett kwarti ta’ grawnd venven xutt fir-rokna tax-xibka b’Bartolo ta’ Balzan ma seta’ jagħmel xejn biex isalva.

Appena għaddew erba’ minuti Birkirkara marru fil-vantaġġ. Fenech u Jhonnattann bidlu l-ballun bejniethom b’Paul Fenech ivenven xutt ieħor u jegħleb lil Bartolo għat-tieni darba għal 2-1.  Sebgha w sittin minuta u Shola Shodiya għamel l-impossibli meta wara li qabeż difensur u l-gowler, minn pożizzjoni xi ftit angolata, ċaqlaq ix-xibka bil-ballun minn barra minflok minn ġewwa. Sebgha w sebgha minuta u Armario Negrin kellu ċans tajjeb li jġib id-dro imma Haber b’ħarga tajba tajjar ix-xutt tal-player ta’ Balzan. Mar-raba’ minuta ta’ ħin miżjud Birkirkara ssiġġillaw ir-rebħa. Ryan Camenzuli seraq ballun lil Dos Santos u baqa’ tiela’ quddiem Bartolo u b’xutt fis-saqaf tax-xibka għamilhom tlieta b’wieħed.

Rizultat finali: Balzan 1 Birkirkara 3 bil-logħba tkun ikkontrollata mir-referee Sandro Spiteri. Il-BOV Player tal-loghba kien Haruna Shola Shodiya ta’ Birkirkara.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Tennis

Simona Halep qalet li għadha ftit inkwetata dwar il-fatt li trid tilgħab l-Open tal-Istati Uniti ta’ din is-sena. It-tournament ta’ Wimbledon ġie kkanċellat minħabba l-COVID-19 u l-Open tal-Istati Uniti se…

Badminton

Iċ-Ċiniż Lin Dan, wieħed mill-aqwa plejers fl-Istorja ta’ dan l-isport, ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu. Lin Dan rebaħ żewġ Midalji Olimpiċi fl-isport tal-badminton għaċ-Ċina. Super Dan, hekk kif inhu magħruf…

Żwiemel

Iż-żiemel Serpentine kellu wrja eċċellenti biex rebaħ it-tiġrija Epsom Derby u b’hekk, it-trainer Aidan O’Brien sar l-aktar trainer ta’ suċċess fl-Istorja tat-tlielaq taż-żwiemel tal-galopp. Serpentine kien kwotat 25 għal waħda…

Aktar