Futbol lokali
Birkirkara jegħlbu l-ostaklu Sirens

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Sirens………..2

Birkirkara….4 

Tliet punti ferm importanti għal Birkirkara għas-spejjes ta’ Sirens hekk kif b’din ir-rebħa telgħu jokkupaw ir-raba’ post tal-klassifika.  Din kienet is-sitt rebħa mill-aħħar 8 logħbiet għal Birkirkara.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 8 minuti logħob meta azzjoni personali ta’ Falcone li baqa’ javvanza ballun lejn Mbong li ra x-xutt tiegħu imdawwar f’corner.

9 minuti u tasal ir-risposta ta’ Sirens meta pass ta’ Domouraud lejn Tounkara u min qadgħa angulata x-xutt ta’ Tounakar jispċċa barra.

17 -il minuta u Bikirkara b’ċans li jmorru fil-vantaġġ meta Yankam jara x-xutt tiegħu jiġi maqluħ minn fuq il-linja.

26 minuta freekick għal Birkirkara inkariga minnu Bonanni bil-goaler Cassar idawwar f’corner fejn mill-istess corner li nkariga minnu Alex De Paixao ballun jispiċċa għand Carniello li mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

27 minuta u Sirens jiksbu l-goal tad-draw daqqa ta’ ras lura ta’ Bonanni li sab lil Tounkara li approfitta u wara li qabeż lil Guarnone lasta vojta kompla l-ballun fix-xibka.

37 minuta xutt ta’ Montebello minn barra l-kaxxa sab lil Cassar attent li salva mingħajr diffikulta’. 

39 minuta u Sirens imorru fil-vantaġġ meta corner ta’ Tounkara ballun jispiċċa għand De Oliveira li mill-viċin tefa’ fix-xibka wara Guarnone.

44 minuta u Birkirkara jiksbu l-goal tad-draw meta wara taħwida bejn bosta players fil-kaxxa ta’ Sirens ballun jispiċċa f’saqajn Paul M’Bong li mill-viċin ikkonkluda fis-saqaf tax-xibka. 

Tmiem l-ewwel taqsima: Sirens 2 Birkirkara 2

Fit-tieni taqsima Birkirkara ħarġu fuq l-attakk meta wara biss 4 minuti marru fil-vantaġġ pass ta’ Carniello lejn Falcone li waħdu quddiem Cassar tefa’ fix-xibka.

83 minuta corner għal Sirens li inkariga minnu Espindola bil-ballun jispiċċa f’saqajn Terence Agius li kkonkluda ferm għoli.

90 minuta u Birkirkara jsibu ix xibka għar raba’ darba pass ta’ Caio Prado lejn Montebello li baqa’ javvanza u x-xutt tiegħu jiġi devjat fix-xibka.

Riżultat Finali: Sirens 2 Birkirkara 4

Player tal- Logħba: Paul M’bong (Birkirkara)

Referee: Darryl Agius

Sirens: David Cassar, Wellington De Oliveira, Raphael Dos Anjos, Wilfred Domoraud, Jackob Walker, Adrian Borg, Samba Tounkara, Ryan Scicluna, Terence Agius, Manuel Busto Nagel, Thiago Espindola.

Birkirkara: Sandro Guarnone, Enrico Pepe, Yannick Yankam, Luke Montebello, Paul Mbong, Roderick Briffa, Federico Falcone, Cain Attard, Claudio Bonanni, Oscar Carniello, Alex De Paixao.

Miktub minn...
TVM Sport
.