Futbol lokali
Birkirkara jiktbu lill-MFA għal erba’ plejers…Jake Grech l-akbar kolp

Birkirkara FC kitbu lill-Malta Football Association u staqsew dwar il-valur tal-parametri ta’ erba’ plejers li bihom se jsaħħu sew l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej. Sorsi li għandu TVM Sport viċin il-klabb Karkariż qalulna b’ċertezza li fl-MFA daħlet rikjesta uffiċjali biex jiċċekjaw dwar il-parametri ta’ Jake Grech ta’ Hamrun Spartans, Dale Camilleri ta’ Luxol u Stephen Sultana ta’ Xewkija.

Jidher li l-aktar plejer mistenni fil-klabb Karkariż hu bla dubju Jake Grech, l-istilla ta’ Hamrun Spartans u tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Sorsi li għandu TVM Sport jikkonfermaw li Birkirkara diġà għalqu n-negozjati mal-Kumitat tal-Ispartans u ċ-ċifra msemmija hi waħda enormi li Hamrun ma jistgħux jirrifjutaw…aktar minn €120,000.

Jake Grech għandu kuntratt ma’ Hamrun Spartans li jorbtu sal-istaġun 2020/2021. Il-familja tiegħu għandhom konnessjoni speċjali ma’ Hamrun Spartans. Hu jiġi iben Marco Grech, plejer popolari tas-Snin ’80 ta’ Hamrun Spartans u ħu Luca Grech, fl-istess tim preżenti tal-lum.

Fl-eventwalità li jirnexxilhom jakkwistaw dawn l-erba’ plejers, Birkirkara jkomplu jsaħħu l-iskwadra mat-tajjeb li kellhom fl-istaġun li għadda u li issa se jkompluh flimkien mal-kowċ il-ġdid tagħhom, Peter Pullicino.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier bi programm ta’ seba’ logħbiet, b’erbgħa jintlagħbu llejla u tlieta jintlagħbu għada. Kif tista’ tkun id-dinamika tal-aħħar ġurnata tal-istaġun? Min…

Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Aktar