Futbol lokali
Birkirkara jirbħu kull unur fil-futbol tan-nisa dan l-istaġun

It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara spiċċa l-istaġun 2017/18 bil-kbir meta rnexxielu jkaxkar kull unur li joffri l-futbol Malti. It-Tlieta filgħaxija, it-tfajliet Karkariżi rnexxilhom jirbħu t-Trophy kontra t-tim tal-Imġarr wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 5-4.

Fl-Istadium Ċentinarju, il-kowċ Karkariża Melania Bajada kompliet bil-forma brillanti tagħha fit-tmexxija tat-tim meta rnexxielha tirbaħ il-Kampjonat, it-Trophy u s-Super Cup fl-ewwel staġun tagħha.

L-ewwel azzjoni waslet minn Imġarr meta kellha tkun il-goalkeeper Xuereb ta’ Birkirkara li kienet attenta biex ittajjar il-periklu. Risposta mill-Karkariżi permezz ta’ Farrugia li x-xutt mid-distanza tagħha heżżet il-lasta. Iż-żewġ timijiet spiċċaw id-disgħin minuta bir-riżultat ta’ 1-1, bil-logħba tmur fil-ħin barrani imma l-ebda tim ma rnexxielu jsib ix-xibka biex din il-finali kellha tiġi deċiża bil-penalties. Fit-tieni taqsima Mġarr reġgħu kienu perikolużi meta Micallef pruvat għal ġewwa imma Xeureb salvat. Kien fit-72 minuta li Mġarr fetħu l-iskor. Claudette Xuereb ra x-xutt inizjali tagħha jolqot il-lasta, imma mir-rebound ma ħafritx biex tefgħet lil Imġarr 1-0 minn fuq. Imma appenna għaddew erba’ minuti li Birkirkara m’għamlux l-iskor indaqs. Kien l-auto-goal ta’ Maida Debono li tefgħet il-ballun fix-xibka tagħha stess biex għamlet ir-riżultat 1-1.

Fil-penalties, Birkirkara rnexxielhom jiskurjaw erba’ penalties permezz tal-plejers Gabriella Zahra, Samantha Zarb, Stephania Farrugia u Alishia Sultana biex b’hekk rebħu t-Trophy bl-iskor finali ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Aktar