BOV Premier League 2021/22
Birkirkara jitilfu ċ-ċans li jilħqu lil Hibernians fil-quċċata wara dro kontra Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Birkirkara …………….1

Floriana ……………….1

Birkirkara jitilfu ċ-ċans li jilħqu lil Hibernians fil-quċċata wara dro kontra Floriana ta’ 1-1.

Fl-ewwel 10 minuti diġa kellna total ta’ ħames korners, 3 għall-Birkirkara u tnejn għall-Floriana. 

Fid-9 minuta freekick għall-Floriana li joħloq konfussjoni taħt il-lasta Karkariża. Fil-11-il minuta azzjoni personali ta’ Falcone il-ballun jgħaddi għoli fuq il-lasta ta’ Kitanov.

Fl-14-il minuta azzjoni ta’Kontra attakk għall-Birkirkara bix-xutt ta’Falcone jkun salvat ċentralment. Minuta wara attakk ieħor Furjaniż bix-xutt ta’ Keqi jkun imdawwar b’diffikulta f’ korner minn Fernandes. 

Fit-30 minuta freekick ieħor għall-Floriana mogħti qasir lejn Camenzuli li jixħet kross tajjeb, bid-daqqa ta’ ras ta’ Cassar tgħaddi għoli. Fil-35minuta kross tajjeb mix-xellug ta’ J.Arias u daqqa ta’ras ta’ Caseres tgħaddi ftit barra. 

Minuta wara Caseres idabbar karta safra għall-foul f’ nofs il-ground fuq J.Macedo. Il-freekick ta’ Bonanni jgħaddi barra. Fid-39 minuta logħob Floriana jiftħu l-iskor, azzjoni persistenti minn fuq il-lemin bil-kross ta’ Magri Overand joħloq paniku fid-difiża karkariża li tonqos li tikklerja l-ballun. Jidħol bħal sajjetta u b’opportuniżmu Keqi mill-viċin ma jaħfirx u jpoġġi lil Floriana fil-vantaġġ. 

Tlett minuti wara xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Arias bil-goalkeeper idawwar b’diffikulta f’korner. Tlett minuti miżjuda fuq il-ħin regolametari u Floriana jidħlu jistrieħu 1-0 fil-vantaġġ.

Fil-45 minuta Birkirkara jġibu d-dro bidu mill-aqwa għall-Birkirkara azzjoni tajba u kross mill-ewwel ta’ J.Macedo u daqqa ta’ takkuna mill-isbaħ minn Falcone titfa l-ballun wara Kitanov għall-1-1. 

Fit-58 minuta C.Bonanni jdabbar karta safra wara li waqqaf azzjoni ferm perikoluża għall-Floriana. Fit-62 minuta xutt ta’ P.Mbong b’save kbir ta’ Kitanov imdawwar f’korner. Fil-75 minuta Birkirkar jkomplu jagħffsu xutt kross ta’ J.Macedo salvat minn Kitanov. 

Żewġ minuti wara cross ta’ B.Paiber bix-xutt ta’ R.Camenzuli jmur għoli. Fit-82 minuta Birkirkara jolqtu l-lasta l-minduda b’xutt tas-sostitut L.Aguirre li għeleb għall-kollox lil Kitanov. Fit-88 minuta N.Garcia jiddobba l-karta safra għall-foul f’nofs il-ground. 

Referee:  Alex Johnson

BOV Player tal-logħba: Federico Falcone (Birkirkara)

Formazzjonijiet:

Birkirkara: D.Fernandes, E.Ruiz, Y.Yankam(66 L.Aguirre), L.Montebello(77K.Bevis), C.Bonanni, P.Mbong, K.Zammit, F.Falcone, C.Attard (C), O.Carniello, J.Macedo(77 R.Scicluna).

Floriana: G.Kitanov, A.Magri Overand(85 A.Garzia), C.Rutjens, Z. Cassar, A.Caseres(66M.Veselji, K.Keqi(66 A.C.Ciolacu), J.Arias, N.Garcia (C), E.Callegari, J.Busuttil(66 B.Paiber),R.Camenzuli (85 D.Aguis).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.